Reġistrazzjoni u riċerka ta’ testment Malta

Malta

Reġistrazzjoni u riċerka ta’ testment

* it-testment awtentiku (jew “pubbliku”), ippubblikat min-nutar  u reġistrat fir-Reġistru Pubbliku. Fuq għażla tat-testatur u f’ċerti istanzi rikjesti mil-liġi, tkun meħtieġa l-preżenza ta’ żewg xhieda waqt il-pubblikazzjoni tat-testment.

* it-testment issiġillat (jew “sigriet”), li jitqiegħed f’envelopp issiġillat u kkonsenjat lil nutar  u depożitat il-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja jew min-nutar jew mit-testatur inniffsu. Fil-każ ta’ atti ta’ konsenja ta’ testmenti sigrieti, fuq għażla tat-testatur u f’ċerti istanzi rikjesti mil-liġi, tkun meħtieġa l-preżenza ta’ żewg xhieda

 

  •  Jeżisti reġistru tat-testmenti f’Malta ?

Iva, jeżisti reġistru tat-testmenti awtentiċi, amministrat minn Identità, aġenzija tal-gvern ta’ Malta  li hija responsabbli mir-Reġistru Pubbliku. Dan jikkonsisti f’reġistru li fih informazzjoni fuq l-atti kollha li jittrasferixxu drittijiet fuq proprjetà, testmenti u kawzi ta’ preferenza bejn kredituri (djun reġistrati – ipoteki, privileġġi).

Fl-istess ħin, it-testmenti ssiġillati jigu reġistrati fir-reġistri li jinżammu mill-qorti lokali.

I.Ir-reġistrazzjoni tat-testment
  • Għaliex għandu jiġi reġistrat it-testment?

Huwa obbligatorju li t-testmenti awtentiċi jiġu reġistrati fir-reġistru pubbliku.

Testment sigriet għandu jiġi depożitat fil-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja jew mit-testatur inniffsu, jew min-nutar li lilu jkun ġiei kkonsenjat it-testment sigriet.

  • Minn min tista’ sseħħ ir-reġistrazzjoni ?

In-nutar iwettaq ir-reġistrazzjoni tat-testmenti awtentiċi fir-reġistru pubbliku. It-testatur jieħu r-responsabbiltà li jirreġistra t-testment issiġillat tiegħu fil-Qorti. It-testatur jista’ wkoll jikkonsenja t-testment sigriet tieghu lil nutar biex in-nutar jiddepożitah fil-Qorti.

Fir-reġistru pubbliku ma jkunx hemm miktub il-kontenut tat-testment iżda informazzjoni li tippermetti li dan jinstab, jiġifieri d-data tat-testment, id-dettalji tat-testatur u l-isem tan-nutar li ppubblika t-testment. Kwalunkwe persuna tista’ tagħmel riċerka fir-reġistru pubbliku sabiex tiċċekkja jekk persuna għamlitx testment pubbliku, anke matul il-ħajja tat-testatur. Ir-riċerka tkun turi biss illi sar testment, id-dettalji tat-testatur u l-isem tan-nutar li ppubblika t-testment, u l-kontenut tat-testment jibqa’ sigriet. Fil-każ ta’ testment sigriet, it-testment jigi ppreżentat fil-Qorti f’envelopp magħluq biex id-dispożizzjonijiet li saru mit-testatur jinżammu sigrieti. Tista’ ssir riċerka fir-reġistru tat-testmenti sigrieti biss jekk it-testatur ikun mejjet, u wara li jiġi pprovdut lill-Qorti ċertifikat tal-mewt.

 

  • Minn min jinżamm it-testment ?

In-nutar huwa responsabbli miż-żamma tat-testmenti awtentiċi li jkun ippubblika f’sena partikolari sakemm dawn jinġabru s-sena ta’ wara  biex issirilhom l-ispezzjoni mill-Uffiċjal Revizur tal-Qorti għar-Reviżjoni tal-Atti Nutarili allokat lin-nutar għal dik is-sena partikolari. Wara l-ispezzjoni, it-testmenti oriġinali jiġu depożitati fl-Arkivju Nutarili.

Il-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja żżomm it-testmenti ssiġillati li t-testatur iressaq f’envelopp magħluq.

 

  • Il-qraba tat-testatur jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru sakemm huwa ħaj?

Ir-reġistru pubbliku jista’ jiġi kkonsultat b’mod ħieles u huwa possibbli li f’każ ta’ riċerka dwar trasferimenti li saru minn persuna tinkixef l-eżistenza ta’ testment. Barra minn hekk, kwalunkwe persuna tista’ tfittex jekk persuna oħra għamlitx testment pubbliku. Il-kontenut tat-testment qatt ma jinkixef sakemm it-testatur ikun ħaj.

 

  • Kemm tiswa r-reġistrazzjoni ta’ testment ?

Ir-reġistrazzjoni ta’ testment fir-reġistru pubbliku tiswa €6.40.

Ir-reġistrazzjoni ta’ testment fil-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja tiswa €20.

II. Ir-riċerka ta’ testment
  •  Min jista’ jikkonsulta r-reġistru tat-testmenti ?

Kull persuna tista’ taghmel ricerka ghal testmenti fuq persuna ohra fir-reġistru pubbliku. Madankollu, il-kontenut tat-testment jibqa’ sigriet sal-mewt tat-testatur.

Wara l-mewt tat-testatur, il-qraba tal-mejjet jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru huma stess jew permezz ta’ professjonist legali (nutar, avukat) sabiex jinstab it-testment awtentiku. Din il-konsultazzjoni hija obbligatorja minħabba li tagħti garanzija li jiġu rispettati l-aħħar xewqat tat-testatur. Ir-riċerka ma tistax issir qabel 21 jum wara l-mewt.

Biex jinstab testment issiġillat, għandha ssir talba lir-registru tal-qorti fejn jiġi ppreżentat ic-certifikat tal-mewt tat-testatur.

  • Il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-mewt huwa obbligatorju ?

Iva, certifikat tal-mewt huwa obbilgatorju ghal ricerka ta’ testment sigriet u sabiex jinfetah testment pubbliku.

  • Kemm tiswa riċerka ?

Riċerka fir-reġistru pubbliku tiswa €11.85. Riċerka fir-reġistru tal-Qorti tiswa 15.

*****

Fiche-pratique-inscrire et recherche un testament-Malte-ML